Saturday, April 27, 2024

Thomas Meunier segwit minn tliet clubs

Aqra wkoll

Jidher li d-difensur lemini Belġjan, Thomas Meunier, xejn m’hu kuntent mal-club tiegħu Borussia Dortmund u mistenni jitlaq mill-Ġermanja fiż-żmien li ġej.

Tliet clubs Ewropej diġa’ esprimew l-interess tagħhom f’dan il-plejer u dawn huma Juventus, Milan u Manchester United.

Meunier għandu 31 sena u ilu ma’ Borussia Dortmund sa mis-sena 2020 fejn lagħab 46 partita u skorja tmien gowls. Fil-passat hu kien jilgħab ma’ Virton, Bruges u Paris St Germain.

Sport