Saturday, October 26, 2024

“Nofs l-Ewropa f’riskju ta’ nixfa … Malta mpoġġija f’periklu estrem”

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-aħħar jiem rajna għadd ta’ żoni jintlaqtu minn mewġa ta’ sħana. Pajjiżi bħar-Renju Unit intlaqtu minn temperaturi għoljin li kienu ilhom ħafna ma jaraw bħalhom. Quddiem din il-mewġa ta’ sħana mifruxa mal-Ewropa kollha, wasslet biex iċ-Ċentru ta’ Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea għax-Xjenza, EU Science Hub, ippubblika mappa tal-Ewropa li fiha indika ż-żonali jinsabu ħielsa mill-periklu, dawk b’periklu żgħir ta’ nixfa u nirien, u dawk b’periklu għoli u b’periklu estrem. Pajjiżi bħal Portugal, Spanja, l-Italja, il-Greċja, it-Turkija, il-Bulgarija, l-Ungerija u l-Ġermanja tpoġġew f’riskju għoli ta’ nixfiet u nirien. Anki żoni sostanzjali mir-Renju Unit tpoġġew f’periklu.

Il-Kummissarju għall-Ambjent Virġinijus Sinkevicius, iddikjaraw li “esperjenzajna din il-mewġa ta’ sħana. Din kienet akkumpanjata minn nixfiet u nirien.  Il-EU Science Hub qed ipoġġi lil nofs l-Ewropa f’riskju. Irrid nippreparaw aħjar biex nipproteġu il-foresti u l-ħamrija tagħna minn dawn il-problemi ta’ kull sajf”.  Pajjiżna bħal bqija tan-nofsinhar tal-Mediterran tpoġġa f’riskju estrem.

Mewġa ta’ sħana u nixfiet li qed jheddu s-sigurtà tal-ikel … mistennija tnaqqis fil-produzzjoni u prezzijiet għola

In-nixfiet li ġew esperjenzati f’għadd ta’ pajjiżi fl-Ewropa flimkien ma’ danni kbar fl-uċuħ tar-raba’ minn nirien kbar, mistennija jkollhom konsegwenzi serji fuq is-sigurtà tal-ikel.

Imprenditur li tkellem ma’ talk.mt qalilna li “kif dan kollu se jaffettwa wieħed għad irid. Li nista’ ngħid u dan jolqot lilna direttament, li minħabba nuqqas ta’ produzzjoni fl-Italja minħabba nuqqas ta’ ilma, hu mbassar li se jkun hawn inqas prodotti agrikoli u l-prezz tagħhom se jkun għola. Qed ngħid dan, għax aħna konxji ta’ korrispondenzi u komunikati li nħarġu minn assoċjazzjoni tal-bdiewa u kumpaniji agrikoli dwar kif kienu qed jiġu affettwati ħażin u dan l-aktar minħabba li l-ammont ta’ xita li għamlet f’xi żoni hi inqas sew mill-medja.”

Filfatt qed jirriżulta u dan anke minn analiżi xjentifika li saret li f’għadd kbir ta’ żoni fl-Ewropa l-ammont ta’ xita li niżlet bejn ix-Xitwa u r-Rebbiegħa kienet 19 fil-mija inqas minn kemm kienet il-medja ta’ bejn is-sena 1991 u s-sena 2020. F’xi żoni oħra it-tnaqqis fix-xita hu saħansitra ta’ 22 fil-mija. Dan wassal biex l-ilma f’għadd ta’ xmajjar naqas sostanzjalment waqt li naqsu bil-kbir ir-riservi tal-ilma.

Diġa kien imbassar tnaqqis fil-produzzjoni ta’ ċereali … issa is-sħana kompliet għarrqet is-sitwazzjoni

Analista dwar il-qasam tal-ikel, meta tkellem ma’ dan is-sit qalilna li “wieħed irid jieħu kollox fil-perspettiva tiegħu. Qabel il-mewġiet ta’ sħana u nirien diġa kien previst li jkun hemm tnaqqis fil-produzzjoni ta’ ċereali fl-Ewropa. Il-mewġa ta’ sħana kompliet għarrqet is-sitwazzjoni. Din qed taffettwa pajjiżi bħal Franza, ir-Rumanija, Spanja, il-Portugal, l-Italja, il-Ġermanja, il-Polonja, l-Ungerija, is-Slovernja u l-Kroazja. Fl-Italja rajna kif ġiet affettwata ix-xmara Po, fejn ħames reġjuni ġew dikjarati żoni ta’ emerġenza minħabba in-nixfa. Dan wassal biex ittieħdu miżuri ristrettivi fuq l-użu tal-ilma. Ittieħdu ukoll miżuri simili f’żoni fi Franza. Jekk nieħdu Spanja naraw li l-ilma maħżun hu 31 fil-mija inqas mill-medja tal-aħħar għaxar snin. Fil-Potgua ukoll ir-riservi huma in-nofs tal-medja tal-aħħar seba’ snin.”

Temperaturi rekord fir-Renju Unit

Sħana rekord bla preċedenti laqtet lill-Punent tal-Ewropa, kif kien imbassar minn jiem ilu, fejn fl-Ingilterra proprju f’Londra titkejjel l-aktar temperatura għolja ta’ kull żmien propju f’Londra, dik ta’ 40 grad. Fl-Iskozja ukoll ġiet rreġistrata l-ogħla temperatura li qatt ra dan il-pajjiż u din kienet ta’ 35 grad. Jekk imbagħad nieħdu Wales naraw li hemmhekk ukoll ġiet reġistrata l-aktar ġurnata sħuna b’temperatura ta’ 37 grad. Ma’ dawn imbagaħd rajna nirien fil-Portugal, Spanja u fi Franza. Żoni fil-Ġreċja u l-Italja ukoll inħakmu minn nirien. 

Pajjiżna wkoll jintlaqat minn nirien kontinwi fil-kampanja

F’pajjiżna uko fl-aħħar jiem u ġimgħat b’mod kontinwu kellna nirien, fejn f’xi każi qerdu għadd ta’ siġar tal-frott.

Kien ikkummenta dwar dan Joe Farrugia, pumpier mal-Protezzjoni Ċivili. Hu kkummenta li “ma waqafniex nitfu nirien.U milli jidher għandna ndumu sejrin hekk.  Ieqfu milli taħarqu għax il-ħsara li qiegħda issir hi tremenda. It-temperaturi  mhumiex jgħinu. L-akbar keded qegħdin ituhomlna dawk li qegħdin jaħarqu u jitilqu. Dawk li xorta għadhom jagħmlu -BBQ’s u jħallu il-ġmamar hemm.  Ejjew inkunu prudenti għax mhix se taqa’ id-dinja jekk ma ssajrux fejn il- baħar jew taħt is-siġar”.

Ta’ min jgħid li ħafna minn nirien ma kienx kaġunat minn rifless tax-xemx mill-ħġieġ jew bottijiet tal-aluminium, imma kienu  għax xi ħadd qabbad n-nar biex isajjar jew inkella xi ħadd rema l-loqom tas-sigaretti waqt li jkun ghaddej mit-triq u jarmih għall-barra u jmiss mal-ħaxix niexef.

Sport