Thursday, May 16, 2024

Saru 8,600 spezzjoni … f’1.3 fil-mija irriżulta li l-prezzijiet ma kinux kif suppost

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-kwistjoni tal-prezzijiet li qed jaffaċċjaw l-konsumaturi, hi tista’ tgħid id-diskussjoni fuq fomm kulħadd. Ħafna huma dawk il-konsumaturi lli qed jistaqsu hux isiru spezzjonijiet fil-ħwienet biex jaraw x’inhu għaddej fis-suq.  Il-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja f’kummenti lil talk.mt meta mistoqsi dwar l-infazzjoni u l-prezzijiet qalilna li “l-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatru (MCCAA) twettaq bosta spezzjonijiet fil-ħwienet u s-swieq, bil-għan li tassigura li l-prezzijiet ikunu indikati kif suppost u skont kif titlob il-liġi. Saru iktar minn 8,600 spezzjoni għal dan il-għan mill-bidu tas-sena. Kien f’1.3 fil-mija tal-ispezzjonijiet li rriżulta li l-prezzijiet ma kinux kif suppost u hemm il-kummerċjant jintalab li jirregola l-pożizzjoni u saħansitra tinħareġ twissija.”

Talk.mt ngħata din it-tweġiba mill-Ministeru wara li staqsejna dwar il-fatt li l-ġimgħa  li għaddiet l-Assoċjazzjoni tal-Konsumaturi talbet li jkun hemm il-pubblikazzjoni tal-prezzijiet biex b’hekk il-konsumaturi ikunu jistgħu iqabblu u jixtri minn fejn jaqblilhom. Id-domandi kienu dwar jekk il-Ministeru jaqbilx li biex il-konsumaturi iqabblu l-prezzijiet hemm bżonn tinħareġ lista bil-prezzijiet. Staqsejna meta hu ttamat li jsir dan.

Staqsejna li hu fatt li fis-suq hawn min qed jabbuża u li donnu hawn perċezzjoni li qed isir ftit li xejn. Staqsejna jekk itteħdux passi fuq ħwienet. Staqsejna ukoll kif fil-każ tar-ristoranti  hemmhekk hemm prezzijiet li jvarjaw ħafna, x’qed isir. Il-Ministeru fit-tweġiba tiegħu qalilna li minn 8.600 spezzjoni kien hemm 1.3 fil-mija minnhom li rriżullta li l-prezzijiet ma kinux l-istess.

Sport