Sunday, November 24, 2024

Nottingham Forest jappellaw għat-tnaqqis ta’ punti

Aqra wkoll

Nottingham Forest ressqu appell kontra t-tnaqqis ta’ erba’ punti tagħhom talli kisru r-regoli dwar il-Profitt u s-Sostenibbiltà (PSR) tal-Premier League, ikkonferma l-club.

Kummissjoni indipendenti sabet li t-telf tal-Forest għall-2022-23 kiser il-limitu ta’ £61 miljun b’£34.5 miljuni.

It-telf ta’ punti poġġa lil Forest fiż-żona tar-relegazzjoni fit-18-il post, punt wara Luton Town.

Il-Forest qalu fi stqarrija li mhux se jagħmlu aktar kummenti.

Huma t-tieni club tal-ogħla livell li ġie penalizzat għal ksur tal-PSR wara li Everton tilfu 10 punti f’Novembru, li tnaqqsu għal sitta fl-appell.

Il-ġimgħa li għaddiet, il-Forest qalu li kienu “diżappuntati ħafna” bid-deċiżjoni, li qalu “tqajjem kwistjonijiet ta’ tħassib għall-clubs aspiranti kollha”.

Il-clubs tal-Premier League jistgħu jitilfu £105 miljun fuq tliet staġuni – £35 miljun kull kampanja – iżda t-telf massimu tal-Fo­rest kien permess biss li jkun £61 miljun minħabba li qattgħu sentejn mill-perjodu ta’ valutazzjoni fiċ-Championship.

Il-Forest kienu mistennija li jintlaqtu bi tnaqqis ta’ sitt punti – tliet punti għall-ksur inizjali u tliet punti oħra għad-daqs tal-ksur – iżda “t-talba bikrija” tagħhom u “koperazzjoni” fissret li tnaqqset għal erba’ punti.

Ir-regoli tal-kampjonat jiddikjaraw li kwalunkwe proċess ta’ appell għandu “jikkonkludi mhux aktar tard u jekk possibbli xi żmien qabel l-24 ta’ Mejju” – ħamest       ijiem wara li jintemm l-istaġun.

Il-Forest, li ġew akkużati f’Jannar, reb­ħu promozzjoni mit-tieni livell fl-2022 u pproċedew biex jiffirmaw rekord Brittaniku ta’ 22 player ġdid dak is-sajf, li ġab ukoll ħames players b’self.

L-infieq nett tagħhom fit-trasferimenti matul l-istaġun 2022-23 kien ta’ £142.8 miljuni.

Huma tilfu medja ta’ £3 miljun fl-2020 u fl-2021 b’telf ieħor ta’ £40 miljun fl-2022 u £52 miljun fl-2023, li jammonta għal total ta’ £95 miljun.

Sport