Wednesday, April 24, 2024

Bayern Munich jagħmlu kuntatt ma’ Roberto De Zerbi

Aqra wkoll

Il-media Ġermaniża rrappurtat li Bayern Munich fetħu taħditiet preliminari mal-manager ta’ Brigh­ton, Roberto De Zerbi, hekk kif Xabi Alonso jidher li x’aktarx se jibqa’ ma’ Bayer Leverkusen għal staġun ieħor.

Diretturi ta’ Bayern Munich fetħu taħditiet preliminari mal-manager Taljan, De Zerbi, bħala alternattiva.

Il-midja Ġermaniża qed  issostni li Bayern huma miftuħa li jħallsu l-klawsola ta’ €13-il miljun ta’ De Zerbi, iżda t-Taljan mhuwiex l-uniku kandidat għal dan l-irwol.

Bayern qed jagħtu prijorità lil Xabi Alonso, iżda l-eks internaz­zjonali Spanjol jidher li x’aktarx se jibqa’ ma’ Bayer Leverkusen għal staġun ieħor; għalhekk, il-Bavarjani għamlu kuntatt mal-eks coach ta’ Sassuolo.

Il-ġurnalist Christian Falk irrap­porta aktar kmieni dan ix-xahar li d-direttur il-ġdid ta’ Bayer, Max Eberl, isib lil De Zerbi ‘interessanti ħafna’.

Skond l-istess media, Bayern Munich iridu jilħqu ftehim ma’ coach ġdid sa Mejju biex jippjanaw il-kampanja tat-trasferimenti tas- sajf li ġej.

Iċ-champions Ġermaniżi, fi Frar li għadda kienu ħabbru li l-coach attwali, Thomas Tuchel, se  jħalli l-Allianz Arena fi tmiem dan l-istaġun.

Sport