Wednesday, December 25, 2024

Novak Djokovic fis-semi-finali tal-Australia Open

Aqra wkoll

Iċ-champion disa’ darbiet, Novak Djokovic, għadda għas-semi-finali tal-Australian Open meta warrab għal kollox lill-ħames seed, Andrey Rublev, f’wirja devastanti fir-Rod Laver Arena.

Is-Serb Djokovic, 35 sena, xi drabi qata’ figura frustranti, iżda wassal l-emozzjonijiet tiegħu f’rebħa bla ħniena, 6-1 6-2 6-4, fuq ir-Russu f’Melbourne Park.

Ir-raba’ seed, li għal darb’oħra kellu l-koxxa tax-xellug infaxxata, se jilgħab kontra l-Amerikan, Tommy Paul, fl-aħħar erbgħa għada l-Ġimgħa, bil-logħba l-oħra tkun bejn Stefanos Tsitsipas u Karen Khachanov.

L-eks numru wieħed tad-dinja, Djokovic, li kien l-uniku champion maġġuri fil-kwarti-finali tal-irġiel, huwa favorit għat-titlu hekk kif qed jiġri wara t-22 Grand Slam tiegħu u b’hekk jilħaq ir-rekord ta’ Rafael Nadal.

Djokovic deher viċin l-awa tiegħu fir-rebħa dominanti fuq Alex de Minaur fir-raba’ round, iżda l-mod lijegħleb avversarju ta’ kwalita’ għolja f’Rublev kien iktar impressjonanti.

Ir-rebħa fuq Rublev kienet is-26 waħda konsekuttiva tiegħu f’Melbourne, li qabblet is-sensiela tal-era Open irreġistrata mill-Amerikan, Andre Agassi.

Ħafna mid-dibattitu ċċentra fuq l-iskala tal-injury fil-hamstrring ta’ Djokovic u jibqa’ sejjer għal rebħa oħra – ħadet ftit iktar minn sagħtejn li tidher l-aħjar mod biex jipproteġi l-problema.Nov

Ekonomija

Sport