Friday, April 19, 2024

121 suldati nisa qed iservu fil-Forzi Armati ta’ Malta

Aqra wkoll

L-għadd ta’ nisa li bħalissa qed iservu fi ħdan il-Forzi Armati ta’ Malta huwa 121 bl-ogħla kariga okkupata minn mara hija dik ta’ Logutenent Kurunell. L-ikbar għadd ta’ suldati nisa, 48, għandhom ir-rank ta’ Gunner.

Ritratt: Alan Saliba

Minn tagħrif li ta fil-Parlament il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, Byron Camilleri rriżulta wkoll li fil-gradi uffiċjali hemm 2 Maġġuri, 2 Kaptani, 9 Logutenenti u waħda fir-rank ta’ Second Lieutenent.

Dan it-tagħrif jindika wkoll li anki fil-Forzi Armati ta’ Malta, in-nisa jistgħu jibnu karriera għalihom fil-qasam militari.

Sport