Sunday, December 22, 2024

Novak Djokovic se jiffaċċja aktar problemi

Aqra wkoll

L-Australian Open beda nhar it-Tnejn wara s-saga taċ-champion renjanti u rebbieħ ta’ disa’ titli tal-Grand Slam f’Melbourne Park, Novak Djokovic, dwar il-viża tiegħu li ġiet fi tmiemha l-Ħadd filgħaxija.

Wara li l-Ministru tal-Immigrazzjoni tal-Awstralja kien uża s-setgħa diskrezzjo­nali tiegħu biex jikkanċella l-viża ta’ Djokovic għat-tieni darba l-ġimgħa li għaddiet, id-deċiżjoni ġiet ikkonfermata minn tliet imħallfin wara appell, li ddeterminaw li l-preżenza tal-player numru wieħed tad-dinja “tista’ tkun kontro-produttiva għall-isforzi ta’ tilqim minn oħrajn.” 

Huwa diġà qed jiffaċċja aktar problemi dwar l-istatus tat-tilqim tiegħu, bil-Ministru tal-Isport ta’ Franza, iħabbar li l-atleti mhux se jkunu eżentati mill-pass tal-Covid-19 tal-pajjiż, u jpoġġi f’dubju l-parteċipazzjoni ta’ Djokovic f’Roland Garros.

“Il-pass tat-tilqim ġie addottat. Hekk kif tiġi proċessata l-liġi, se jsir obbligatorju li wieħed jidħol f’binjiet pubbliċi diġà suġġetti għall-pass tas-saħħa (stadiums, teatru jew swali) għall-ispettaturi kollha, prattikanti, profes­sjonisti Franċiżi jew barranin,” kitbet Roxana Maracineanu fuq Twitter.

Il-French Open għandu jibda fit-22 ta’ Mejju u jintemm fil-5 ta’ Ġunju. Sal-lum iċ-ċansijiet li Djokovic jieħu sehem huma remoti, għalkemm fa­dal żmien biex sa dak in-nhar jinbidlu r-regoli tal-Covid-19 fil-pajjiż.

Bħal Franza, l-Ingilterra għandha linji gwida stretti għall-viżitaturi li ma jkunux imlaqqma meta jidħlu fil-pajjiż. Għalhekk anke f’Wimbledom tidher diffiċli għalih.

Anke fl-Istati Uniti se tkun diffiċli biex jidħol jekk irid jieħu sehem fil-US Open meta jekk ma tkunx ċittadin Ame­rikan trid tkun imlaqqam minn kollox.

Ekonomija

Sport