Friday, May 3, 2024

AO: Il-“kbar” jikkwalifikaw għar-round li jmiss

Aqra wkoll

Fit-tielet ġurnata tal-Australian Open li qed isir f’Melbourne Park, l-Ispanjol Rafael Nadal u l-Ġermaniż Alexander Zverev, għaddew għat-tielet round waqt li n-numru wieħed tad-dinja, Ashleigh Barty, u ċ-champion renjanti, Naomi Osaka, għaddew bil-kumditá.

Nadal kompla bit-tentattiv tie­għu li jirbaħ il-21 titlu tal-Grand Slam b’rebħa fi tliet sets, 6-2 6-3 6-4, fuq il-Ġermaniż li kkwalifika, Yannick Hanfman. L-avversarju li jmiss tiegħu huwa r-Russu, Karen Khachanov, li wkoll rebaħ fi tliet sets, 6-4 6-0 7-5.

Anke Zverev, li huwa seed numru 3, għadda fi tliet sets meta għeleb lill-Awstraljan John Millman 6-4 6-4 6-0. Issa huwa se jilgħab kontra r-Rumen Radu Albot li għeleb lill-wildcard Awstraljan, Alexandar Vukic, 6-4 7-6 (7-4) 6-4.

Il-Kanadiż Denis Shapovalov irkupra minn telfa possibbli meta elimina lil Kwon Soon-woo tal-Korea t’Isfel, meta rebaħ 7-6 (8-6) 6-7 (3-7) 6-7 (6-8) 7-5 6-2 f’logħba affaxxinanti li damet tliet sigħat u nofs.

Il-Franċiż Gael Monfils warrab lil Alexander Bublik tal-Moldova b’rebħa faċli, 6-1 6-0 6-4.

Is-seed numru 7, Matteo Berrettini, irkupra minn qatgħa żgħira meta tilef it-tieni set, meta rebaħ lill-Amerikan Stefan Kozlov, 6-1 4-6 6-4 6-1. It-Taljan issa se jiltaqa’ kontra l-Ispanjol ta’ 18-il sena, Carlos Alcaraz, li sar l-iżgħar li għadda għat-tielet round minn Bernard Tomic wara rebħa komda ta’ 6-2 6-1 7-5 fuq is-Serb, Dusan Lajovic.

Taljan ieħor Lorenzo Sonega, beda minn taħt kontra l-Ġermaniż Oscar Otte, iżda xorta kiseb ir-reb­ħa 2-6 6-3 6-3 6-1, waqt li Adrian Mannarino li mhuwiex issidjat għeleb lin-numru 10, il-Pollakk Hubert Hurkacz 6-4 6-2 6-3.

Fil-kategorija tan-nisa, il-player numru wieħed tad-dinja kif ukoll l-aqwa seed, Ashleigh Barty, użat saħħitha fil-forehand b’effett de­vastanti fir-rebħa 6-1 6-1 kontra d- debuttanta Taljana, Lucia Bronzetti, fi 52 minuta.

Min-naħa tal-Ġappuniża Naomi Osaka hija kellha wirja dominanti wkoll biex għelbet lill-Amerikana Madison Brengle 6-0 6-4 u issa se tiltaqa’ kontra Amerikana oħra, Amanda Anisemova, li għelbet liċ- champion Olimpika, Belinda Ben­cic tal-Isvizzera 6-2 7-5.

Il-mara ta’ Monfils, l-Ukrena Elina Svitolina, avvanzat ukoll meta għelbet lill-Olandiża Harmony Tan, 6-3 5-7 5-1, li weġġa’ fit-tielet set u kellha tirtira.

Riżultati  mill-ewwel round:

IRĠIEL – Alex de Minaur (Awstralja) v Lorenzo Musetti (Italja) 3-6 6-3 6-0 6-3; Steve Johnson (US) v Jordan Thompson (Awstralja) 7-6 (7-5) 6-7 (6-8) 6-4 3-6 6-3; Maxime Cressy (US) v John Isner (US) 7-6 (7-2) 7-5 6-7 (4-7) 6-7 (4-7) 6-4; Kamil Majchrzyk (Polonja) v Andreas Seppi (Italja) 6-1 6-1 7-5; Alejandro Davidovich (Spanja) v Alex Bolt (Awstralja) 6-3 6-3 6-4; Marin Cilic (Kroazja) v Emilio Gomez (Ekwador) 6-3 6-1 6-2; Grigor Dimitrov (Bulgarja) v Jiri Lehecka (Rep. Ċeka) 6-4 4-6 6-3 7-5; Taylor Fritz (US) v Maximilian Marterer (Ġermanja) 7-6 (10-8) 6-3 6-2; Norbert Gambos (Slovakkja) v Timofey Skatov (Kazakhstan) 6-3 6-2 1-6 6-4; Arthur Rinderknech (Olanda) v Alexei Popyrin (Awstralja) 7-5 4-6 6-2 3-6 6-3; Felix Auger-Alissime (Kanada) v Emil Ruusuvuori (Finlandja) 6-3 0-6 3-6 6-3 6-4; Taro Daniel (Ġappun) v Tomas Barrios Vera (Ċilí) 7-6 (7-5) 6-1 6-1.

Richard Gasquet (Franza) v Ugo Humbert (Franza) 3-6 7-6 (7-4) 7-6 (7-3) 6-3; Dan Evans (Britannja) v David Goffin (Belġju) 6-4 6-3 6-0; Phillipp Kohlschreiber (Ġermanja) v Marco Cecchinato (Italja) 6-4 7-5 7-6 (7-5); Benoit Paire (Franza) v Thiago Monteiro (Brażil) 6-4 3-6 7-5 2-6 7-5; Sebastian Baez (Arġentina) v Albert Ramos-Vinolas (Spanja) 6-4 4-6 6-3 1-6 6-2; Ricardis Berankis (Litwanja) v Roberto Carballes Baena (Spanja) 6-1 3-6 2-6 6-3 6-4; Botic van de Zandschulp (Olanda) v Jan-Lennard Struff (Ġermanja) 6-4 6-4 6-2; Frances Tiafoe (US) v Marco Tringelliti (Arġentina) 3-6 6-4 6-2 3-6 6-3; Jannick Sinner (Italja) v Joao Sousa (Portugall) 6-4 7-5 6-1.

NISA – Danielle Collins (US) v Caroline Dolehide (US) 6-1 6-3; Kristina Kucova (Rep. Ċeka) v Misa­ki Doi (Ġappun) 6-3 7-5; Marketa Vondrousa (Rep. Ċeka) v Pricilla Hon (Awstralja) 6-2 6-3; Anastasia Pavlyuchenkova (Russja) v Anna Bondar (Ungerija) 6-2 6-1; Ana Konjuk (Kroazja) v Shelby Rogers (US) 4-6 6-3 7-5; Shuai Zhang (Ċina) v Viktorija Golubic (Svizzera) 6-3 6-4; Heather Watson (Britannia) v Mayar Sherif (Eġittu) 6-3 5-7 6-2; Rebecca Peterson (Svezja) v Daria Saville (Awstralja) 6-2 6-3; Elise Mertens (Belġju) v Vera Zvonareva (Russja) 6-4 7-5.

Lludmila Sansonova (Russja) v Emina Bektas (US) 7-5 6-4; Elena Rybakina (Kazakhstan) v Zarina Diyas (Kazakhstan) 6-7 (3-7) 7-6 (7-3) 6-1; Magda Linette (Polonja) v Anastasija Sevastova (Latvja) 6-4 7-5; Oceane Dodin (Olanda) v Irina Camelia Begu (Rumanija) 6-2 5-7 6-3; Danka Kovinic (Montenegro) v Jang Su-jeong (Korea t’Isfel) 6-3 2-6 6-4; Halley Baptiste (US) v Caroline Garcia (Franza) 4-6 7-6 (7-4) 6-3; Kaia Kanepi (Estonka) v Angelique Kerber (Ġermanja) 6-4 6-3.

II ROUND – Camila Giorgi (Italja) v Tereza Martincova (Rep Ċeka) 6-2 7-6 (7-2); Maria Sakkari (Greċja) v Zheng Qinwen (Ċina) 6-1 6-4; Barbora Krejcikova (Rep. Ċeka) v Wang Xiyu (Ċina) 6-2 6-3; Madison Keys (US) v Jaqueline Cristian (Rumanija) 6-2, 7-5; Paula Badosa (Spanja) v Martina Trevisan (Italja) 6-0 6-3; Victoria Azarenka (Belarus) v Jil Teichmann (Svizzera) 6-1 6-2.

Sport