Tuesday, December 24, 2024

Novak Djokovic se jiffaċċja lil Stefanos Tsitsipas fil-finali tal-Australian Open

Aqra wkoll

Novak Djokovic, li rebaħ l-Australian Open għal disa’ darbiet, se jikkontesta l-finali ta’ nhar il-Ħadd kontra Stefanos Tsitsipas wara li għeleb lill-Amerikan Tommy Paul 3-0 – 7-5 6-1 6-2.

Min-naħa tiegħu, Tsitsipas ta’ 24 sena, għandu ċans ieħor li jikseb l-ewwel titlu ta’ Grand Slam wara li għeleb lir-Russu Karen Khachanov.

It-tielet seed Grieg Tsitsipas rebaħ 7-6 (7-2) 6-4 6-7 (6-8) 6-3 kontra Khachanov.

Tsitsipas ibbukkja postu fil-finali tal-Ħadd wara li rkupra żewġ match points fit-tie-break tat-tielet set.

Tsitsipas tilef kontra Djokovic fil-finali tal-French Open 2021 u issa għandu l-opportunità li jpatti għal dan id-diżappunt nhar il-Ħadd li ġej.

Iżda biex jerfa’ t-trofew, irid isir l-ewwel player li jegħleb lil Djokovic f’Melbourne Park mill-2018.

Ekonomija

Sport