Saturday, May 18, 2024

Sporting Lisbon wara Tariq Lamptey

Aqra wkoll

Sporting Lisbon qed isegwu b’interess il-progress tal-winger xellugi ta’ Brighton, Tariq Lamptey. Dan tal-aħħar għandu 22 sena u qed jispikka mal-linja xellugi tat-tim Ingliż.

It-tim mill-belt ta’ Lisbona lesti li joffru s-somma ta’ €39 miljun għalih u huma qed jittamaw li jsibu sostitut għall-plejer Pedro Porro li ngħaqad ma’ Tottenham Hotspur.

Lamptey hu mill-Ghana u ilu ma’ Brighton sa mis-sena 2020 fejn s’issa lagħab 65 partita u skorja gowl wieħed biss.

Sport