Monday, May 13, 2024

Romelu Lukaku jixtieq jibqa’ ma’ Inter

Aqra wkoll

Sar magħruf li l-attakkant internazzjonali Belġjan, Romelu Lukaku, jixtieq jibqa’ ma’ Inter anke għall-istaġun li ġej.

Il-plejer veteran ftit impressjona sa minn meta rritorna man-Nerazzurri fil-bidu ta’ dan l-istaġun hekk kif wara l-injury li sofra, ma tantx kien effettiv quddiem il-lasta.

Lukaku hu proprjeta’ ta’ Chelsea li minkejja kollox ma jidhrux interessati li jkun parti mit-tim tagħhom għall-istaġun li ġej.

Min-naħa ta’ Inter, ġaladarba jixtruh, Lukaku jrid jaċċetta tnaqqis fis-salarju tiegħu.

Sport