Saturday, November 23, 2024

Numru ta’ fergħat tal-MaltaPost se jestendu il-ħinijit tal-ftuħ biex jinġabru l-vouchers tal-Gvern

Aqra wkoll

Il-MaltaPost ħabbret li numru ta’ fergħat se jkunu qed jestendu l-ħinijiet tal-ftuħ biex il-pubbliku jkun jista’ jiġbor il-vouchers tal-Gvern li ngħataw waqt l-imxija tal-COVID-19. Il-fergħat li se jkunu miftuħin huma:

  • 511, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar
  • 6, Triq id-Dolmen, Buġibba/Qawra
  • 21, Pjazza Memè Scicluna, Gżira
  • Telghet Gwardamangia, Pietà

Dawn il-fergħat se jkunu miftuħin mill-4:00 p.m sas-7:00 p.m għada, it-Tlieta 18 ta’ Awwissu, l-Erbgħa 19 ta’ Awwissu u l-Ħamis 20 ta’ Awwissu.

Il-MaltaPost qiegħda tavża wkoll li dawk li huma residenti San Pawl il-Baħar u li għandhom notifika b’kulur aħdar għandhom imorru l-fergħa li qiegħda 511, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar, filwaqt li dawk li għandhom notfika bajda għandhom jirrikorru fil-fergħa li qiegħda 6, Triq id-Dolmen, Buġibba/Qawra.

Sport