Nuno Espirito Santo tkeċċa minn coach ta’ Al-Ittihad, minkejja li fl-istaġun li għadda rebaħ id-double ta’ kampjonat u t-Tazza tal-Arabja Sawdija.
It-team tiegħu jinsab fis-sitt post fis-Saudi Pro League, bi players bħal Karim Benzema u N’Golo Kante fost l-iskwadra tagħhom.
Din il-ġimgħa Al-Ittihad ġew megħluba 2-0 mit-team Iraqi, Al-Quwa Al-Jawiya, fiċ-Champions League tal-Asja.
Id-difiża tat-titlu Sawdija tagħhom s’issa kienet diżastruża, meta jinsabu 11-il punt wara l-leaders, Al-Hilal, wara biss 12-il logħba.