Saturday, November 23, 2024

Nuqqas ta’ vitamina D iġġibek aktar suxxettibbli għal infezzjoni mill-Covid-19 – Dr Anthony Fauci

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Huma diversi dawk li fl-aħħar xhur u ġimgħat semmew diversi tipi ta’ mediċini kontra l-Covid19. Kien hemm min anke beda jsemmi dawk li jissejjħu ‘supplements’ biex isaħħu is-sistema immunitarja. Jitkellem b’mod ċar ħafna dwar dawn, Anthony Fauci, Direttur tal-Istitut Nazzjonali għall-Allerġiji u Mard Infettiv. Jisħaq li dawk li jissejħu ‘supplements’ biex isaħħu s-sistema immunitarja m’għandhom l-ebda effett fuq il-kontroll tal-imxija. Hu iżda jisħaq li hemm żewġ vitamini, li hu jirrakkomanda u dan biex tissaħħaħ is-sistema immunitarja.

“Jekk inti għandek nuqqas kbir ta’ vitamina D, din ikollha impatt fuq saħħtu u ġġibek suxxettibbli għal infezzjoni mill-Covid-19. Jien nirrakkomanda u din nagħmilha għalija innifsi, li wieħed jieħu ‘supplements’ tal-Vitamina D biex dak li jkun iżomm fi stat tajjeb is-sistema immunitarja tiegħu.

Ta’ min jgħid li fl-aħħar jiem, riċerkaturi mill-Università ta’ Chicago Medicine, sabu li hemm konnesjoni bejn nuqqas ta’ Vitamina D u r-riskju  li wieħed jieħu l-infezzjoni mill-Covid-19.   

“Il-vitamina D hi importanti fil-funzjoni tas-sistema immunitarja u ‘supplements’ tal-Vitamina D urew li dan jista’ jnaqqas l-infezzjonijiet respiratorji”, sostna David Meltzer minn Chicago Medicine, u li hu l-awturi ta’ dan l-istudju.

Dr. Fauci jgħid ukoll li “apparti l-Vitamina D hemm ukoll il-Vitamina C, li hi antioxidant. Dr Fauci tkellem dwar ‘supplements’ li ħafna qegħdin jieħdu biex suppost issaħħu is-sistema immunitarja. Jgħid li “dawn it-tip ta’ supplements ma jgħinuhx lin-nies. Infatti ħafna minnhom, ma jagħmlu xejn u jekk tieħu ħafna minnhom saħansitra jista’ jkunu ta’ ħsara. Biex iżżomm is-sistema immunitarja b’saħħitha għandhom  bżonn l-eżerċizzju u mhux ‘supplements’. 

Ir-riċerka li saret fuq Vitamina D

Ir-riċerka li saret, u li nħadmet fuq 489 pazjent, sabet li pazjent li kellhom defiċjenzi fil-Vitamina D kellhom riskju doppju li jittestjaw pożittivi għall-Covid-19, meta mqabblin ma’ pazjenti oħra b’livelli suffiċjent ta’ Vitamina D.

Intant fi studju li sar mill-Università ta’ Heidelberg, instab li persuni b’defiċjenza fil-Vitamina D kellhom rata ferm ogħla bħala li jisspiċċaw l-isptar u li jkollhom bżonn kura intensiva, u ossiġnu. Intqal li defiċjenza fil-Vitamina D kienet assoċjata ma’ sitt darbiet aktar ċans ta’ sintomi severi mill-Covid19 u 15-il darba riskju akbar ta’ mewt.

Sport