Friday, April 26, 2024

Min hi l-whistleblower Li Meng Yan? … Rapporti li għandha rabtiet ma’ Steve Bannon – eks strateġist ta’ Trump

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ftit jiem ilu nħarġet l-aħbar li dik li ssejħet bħala whistleblower bdiet tgħid li għandha evidenza li l-coronavirus oriġinat minn laboratorju fiċ-Ċina. Din il-persuna qalet li hi ppruvat titkellem u sikktuha u finalment kellha taħrab lejn l-Istati.

Din il-persuna bl-isem ta’ Li Meng Yan u li hi tgħid li hi viroloġista. Filfatt hi ppubblikat dokument flimkien ma’ tliet persuni oħra li huma Shu Kang, Jie Guan u Shanchang Hu. Dawn kollha huma affiljati mar-Rule of Law Society u mar-Rule of Law Foundation. 

Issa qed jingħad li r-Rule of Law Society twaqqfet minn Steve Brannon, li kien strateġista tal-President Amerikan Donald Trump. Din is-soċjetà għandha bħala missjoni tagħha li ‘tesponi l-korruzzjoni u l-illegalitajiet” fost oħrajn. Brannon, kien akkużat fil-qrati bi frodi fl-aħħar ġimgħat.

Sport