Monday, July 13, 2026
Home Aktar Numru ta’ infermiera fi kwarantina wara li kollega mid-dipartiment tal-emerġenza rriżultat pożittiva...

Numru ta’ infermiera fi kwarantina wara li kollega mid-dipartiment tal-emerġenza rriżultat pożittiva għall-Covid-19

0
674

Numru ta’ infermiera jinsabu fi kwarantina wara li fl-aħħar sigħat kien hemm waħda minn dawk fid-dipartiment tal-Emerġenza li rriżultat pożittiva għall-Covid-19.

Inewsmalta tinsab infurmata li bħala miżura ta’ prekawzjoni biex jitnaqqas ir-riskju tat-tifrix tal-pandemija, il-ħaddiema kollha fl-imsemmi dipartiment se jkunu qed jiġu ttestjati biex f’każ ta’ aktar persuni infettati dawn ikunu jistgħu jinqabdu fi stadju bikri u jitpoġġew f’iżolament.