FELTOM, il-Federazzjoni tal-Organizzazzjonijiet li jgħallmu l-Ingliż f’Malta din il-ġimgħa għadha kemm kitbet lill-Konsulat Onorarju tal-Ukrajna biex toffri l-għajnuna tagħha f’dan iż-żmien ta’ gwerra fil-pajjiż.
Fi stqarrija maħruġa mill-FELTOM, intqal li bħala att ta’ rieda tajba, l-iskejjel membri tagħha se jkunu qed joffru sponsorships għal korsijiet fit-tagħlim tal-Ingliż lil ċittadini Ukreni li kellhom iħallu lil pajjiżhom maħkum mill-gwerra biex ġew Malta. Dan biex jgħinuhom jintegraw aħjar fis-soċjetà.
Filwaqt li esprimiet l-inkwiet tagħha għal dan il-kunflitt fl-Ukrajna, FELTOM qalet li tittama li tinstab soluzzjoni paċifika f’qasir żmien.