Thursday, December 26, 2024

Oġġetti bil-kuntrabandu konfiskati mid-Dwana

Aqra wkoll

Il-ħidma mid-Dipartiment tad-Dwana kontra attivitajiet illeċti f’pajjiżna qed tkompli tikseb riżultati pożittivi. Mhux biss qed tinterċetta fl-ajruport il-ħruġ illegali ta’ flus f’ammonti ikbar milli stipulat bil-liġi imma wkoll qed tikseb suċċess fil-ġlieda tagħha kontra l-kuntrabandu

Fil-fatt, waqt tfittxija li għamlu fl-inħawi ta’ Tas-Sliema għall oġġetti bil-kuntrabandu, l-uffiċjali tad-Dwana rnexxielhom isibu u jikkonfiskaw  madwar 3,338 flixken tal-imbid, 23 flixkun wiskey u aktar minn 7,600 tikketti tad-dazju mhux użati. Din il-qabda ta’ kuntrabandu tammonta għal mijiet ta’ ewro.

Fit-tfittxija oħra f’Tas-Sliema wkoll, minn ħanut ġew konfiskati 49 pakkett tabakk tax-shisha li jlaħħqu 16.5 kilogrammi.

Ekonomija

Sport