Wednesday, July 24, 2024

Oġġetti ta’ valur jiġu neqsin mill-Palazz tal-Gran Mastru

Aqra wkoll

Uffiċjali ta’ Heritage Malta innutaw xi oġġetti nieqsa minn kmamar ġewwa l-Palazz tal-Gran Mastru.

Fi stqarrija Heritage Malta qalu li l-oġġetti huma tliet vażuni u arloġġ, b’valur kumplessiv ta’ madwar €13,000.

Dwar dan il-każ sar rapport lill-Pulizija li mill-ewwel bdiet bl-investigazzjonijiet. Flimkien ma’ uffiċjali ta’ Heritage Malta qed jiġi analizzat il-footage tas-CCTV cameras li hemm fil-Palazz tal-Gran Mastru.

Ekonomija

Sport