Wednesday, July 24, 2024

Stefano Pioli jrid jibqa’ kowċ ta’ Milan

Aqra wkoll

Stefano Pioli jrid jibqa’ jikkowċja lil Milan u qed jagħmel minn kollox biex l-ogħla awtoritajiet tal-klabb jikkonfermawh għallinqas għal iktar żmien.

Dawn l-aħħar ġimgħat kienu ferm pożittivi għall-eks kowċ ta’ Lazio u Fiorentina hekk kif ra lit-tim tiegħu jwettaq serje ta’ rebħiet konsekuttivi li bihom qabżu lil Juventus fit-tieni post tal-klassifika u għalhekk f’post sod li jagħmluha għall-edizzjoni li jmiss tal-UEFA Champions League.

Pioli għandu kuntratt sas-sena 2025 u għalhekk hu se jipprova juri l-potenzjal tiegħu biex jikkonvinċihom jiffirma ftehim ġdid.

Ekonomija

Sport