Wednesday, July 24, 2024

UNL tan-Nisa: Malta fi draw prestiġjuż kontra l-Irlanda ta’ Fuq

Aqra wkoll

Irlanda ta’ Fuq… 0

Malta ……………..0

Minn Cristian Muscat

Immexxi mill-coach, Manuela Tesse, it-team nazzjo­nali tan-nisa beda l-impenji tiegħu tar-round ta’ kwalifikazzjoni tan-Nations League B, bi draw ġust u prestiġjuż ta’ 0-0 kontra l-Irlanda ta’ Fuq, f’Windsor Park, f’Belfast.

Kien biss fil-25 minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota bl-Irlandiżi jkunu huma li joħolqu l-periklu meta Chloe McCarron kel­lha xutt mid-distanza jintemm ftit għoli.

Huma komplew fuq l-of­fenisva u tliet minuti biss wara, Demi Vance, xeħtet cross-shot insidjuż li ġie salvat mill-goalkeeper, Janice Xuereb.

L-avversarji tagħna kompew igawdu l-inizjattiva u fid-29 minuta, Joely Andrews impenjat lill-goalkeeper Maltija li salvat mingħajr tbatija.

Fil-45minuta, l-Irlandiżi kellhom ferħa bla temma meta Simone Magill mill-viċin tefgħet ġewwa, iżda r-referee Taljana, Maria Marotta, ħassret il-goal minħabba li l-iskorer ikkommettiet foul fuq Stephania Farrugia.

It-tieni taqsima bdiet fuq nota kwieta u l-ewwel azzjo­ni waslet fis-66 minuta meta minn taħt il-lasti, Stefania Farrugia falliet il-mira.

L-Irlandiżi wieġbu żewġ minuti wara meta xutt ta’ Keri Halliday ġie salvat minn Xuereb. Fis-70 minuta Janice Xuereb ħarġet minn postha biex antiċipat lil Simone Magill.

Sitt minuti wara, Xuereb wettqet save mill-isbaħ mit- tentattiv ta’ Chloe McCarron.

L-iskor baqa’ ma nbidilx sa tmiem il-partita, biż-żewġ timijiet jieħdu punt kull wie­ħed.

Irlanda ta’ Fuq: 1-Jacqueline Burns, 2-Rebecca Mc­Kenna, 6-Laura Rafferty, 3- Demi Vance, 17-Caragh Hamilton (21-Constance Scofield 72), 7-Chloe McCarron, 16-Nadene Caldwell, 20-Joely Andrews (10-Keri Halliday 58), 8-Marissa Callaghan (18-Megan Bell 58), 9-Simone Magill, 14-Lauren Wade (19-Emily Wilson 89) Coach: Tanya Oxtoby

Malta: 1-Janice Xuereb, 16- Charlene Zammit, 5-Stephania Farrugia, 4-Emma Lipman (22-V alentina Rapa 72), 3- Ann-Marie Said, 14-Shona Zammit, 8-Rachel Cuschieri, 17-Brenda Borg, 9-Alishia Sultana (7-Kailey Willis 58), 10-Maria Farrugia, 21-Haley Bugeja (24-Nicole Sciberras 90) Coach: Manuela Tesse

Referee: Maria Marotta (Italja)

Ammonita: M. Bell (I)

Ekonomija

Sport