Wednesday, July 24, 2024

Il-Belġju jirritornaw fit-tielet post fir-rankings tal-FIFA

Aqra wkoll

Il-Belġju, li għamlu żmien fl-ewwel post tar-rankings tal- FIFA, reġgħu sabu ruħhom fuq il-podju meta issa jinsabu fit-tielet post meta qabżu lill-Ingilterra li fiż-żewġ logħbiet li kellhom f’Wembley fl-aħħar tax-xahar li għadda huma ħadu draw biss meta ġew 2-2 mal-istess Belġju wara li ħamest ijiem qabel tilfu 1-0 kontra l-Brażil.

Timijiet Asjatiċi kienu nvoluti f’diversi formati, inklużi kwalifikazzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA 2026, filwaqt li ż-żona tal-CONCACAF rat il-fażi finali tan-Nations League.

Kien hemm ukoll diversi logħbiet ta’ ħbiberija f’kull waħda mis-sitt konfederazzjonijiet. Dawn il-logħbiet kellhom effett sinifikanti fuq ir-rankings tad-Dinja tal-Irġiel tal-FIFA/Coca-Cola, l-aktar fost l-Aqwa 10 li issa jinsabu hekk: 1. Arġentina; 2. Franza; 3. Belġju; 4. Ingilterra; 5. Brażil; 6. Portugall; 7. Olanda; 8. Spanja; 9. Italja; 10. Kroazja.

It-team Malti tela’ post u issa jinsab fil-171 wieħed waqt li l-avversarji tagħna tan-Nations League, il-Moldova u Andorra jinsabu fil-153 u fil-164 post rispettivament.

Ekonomija

Sport