Sunday, December 22, 2024

Oħtha sfat maħtufa waqt protesti u maqtula mill-forzi tas-sigurtà Iranjani

Meta twaqqaf il-moviment tagħhom ma kinux sabu appoġġ internazzjonali

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-attivista Iranjana Afsoon Nafaji mill-Moviment Nisa, Ħajja u Libertà, iddikjarat ma’ dan is-sit li wara li twaqqaf il-moviment ma kinux sabu l-appoġġ internazzjonali li kellhom bżonn. Hija semmiet kif diversi komunitajiet internazzjonali għall-ewwel ma kinux ħaduhom bis-serjetà u ħasbu li dan seta’ kien każ ieħor ta’ protesti li jieħdu biss ftit jiem jew ġimgħat. 

Iżda dan ma kienx il-każ. Dan hekk kif komplew bil-ġlieda għad-drittijiet tagħhom u qed jagħmlu pressjoni għall-bidla. Skont Najafi, il-fatt li l-Premju Sakharov tal-Parlament Ewropew għal-Libertà tal-Ħsieb 2023 ingħata lil dan il-moviment juri li l-Ewropa qiegħda tirrikonoxxi l-isforzi tagħhom u l-bżonn li jsaħħu l-ġlieda għal-libertà.

Sadanittant, fil-kummenti tagħha ma’ dan is-sit, Najafi enfasizzat fuq il-bżonn li jkomplu jingħataw l-għajnuna anke mill-komunità internazzjonali. Qalet li kemm qabel kif ukoll issa, ir-reġim Iranjan għadu qed jipprova jaħkem permezz ta’ strateġiji u mezzi differenti bil-mod ostili tagħhom.

Kien hawn fejn għamlet referenza għat-telfa ta’ oħtha Hadis, li kienet inqatlet mill-forzi tas-sigurtà Iranjani waqt il-protesti li kienu qed isiru fil-pajjiż. Qalet li 40 jum wara li seħħ il-qtil, kienet saret ċerimonja biex titfakkar il-memorja tagħha, iżda għalkemm kien hemm reżistenza kbira xorta waħda diversi persuni kienu marru fiċ-ċimiterju jagħtuha t-tislima tagħhom. “Stajt nara gruppi etniċi differenti minn partijiet differenti tal-Iran. B’xorti tajba għandna din is-solidarjetà,” qalet Najafi. 

Ekonomija

Sport