Sunday, May 5, 2024

“Oħti riedet tiżżewweġ u jkollha t-tfal … għada ngħaqdu magħna niċċelebraw ħajjitha”

Aqra wkoll

“Diffiċli biex tgħid xi ħaġa wara dak li ġara. Ma nistax ngħid li jien tajba jew li qed nipprova nkun tajba għax ma rridux nitbissmu. Ma rridux niċċelebraw xejn”. Iddikjarat dan Derya oħt Kaya Pelin – il-vittma tal-inċident tat-traffiku fil-Gżira li seħħ fit-18 ta’ Jannar li għadda – il-mara Torka li dakinhar li nqatlet kienet qiegħda tiċċelebra t-30 sena tagħha. 

F’intervista fuq il-programm ‘illum MA’ STEPH’, emozzjonata għall-aħħar, oħtha sostniet li hi ma tistax tippermetti li Pelin tintesa’. F’mixja ta’ ringrazzjament għall-poplu Malti, hija sostniet li ż-żewġ nazzjonijiet se jkunu qegħdin jimxu flimkien f’ċelebrazzjoni tal-ħajja tal-mara li ġiet Malta mimlija ambizzjonijiet.

Għada l-Ġimgħa 19 ta’ Mejju se tkun qiegħda tiġi organizzata l-mixja ta’ solidarjetà mal-familja Pelin. Dawk li se jattendu huma mistiedna jiltaqghu l-Belt Valletta quddiem il-Parlament fis-7:00 p.m u jimxu flimkien sa Sant Iermu.

“Oħti riedet tiżżewweġ u jkollha t-tfal. Ma fadlilna xejn. Il-ħolm tagħha, il-futur tagħha… kollox intemm. Jekk joġgħobkom ingħaqdu magħna għada”, temmet Derya.

Sport