Saturday, May 4, 2024

Olandiż fil-periklu tal-mewt wara li jaqa’ erba’ sulari fis-sit tal-lukanda Jerma f’Wied il-Għajn

Aqra wkoll

Olandiż jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ min għoli konsiderevoli mis-sit fejn kienet tinsab l-eks-lukanda Jerma f’Wied il-Għajn. Il-Pulizija kienet mgħarrfa dwar dan l-inċident għall-ħabta tal-11.00 p.m.

Huma marru immedjatament fuq il-post fejn irriżulta li l-Olandiż, ta’ 18-il sena, waqa’ erba’ sulari.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku ħarġu l-vittma mill-binja, b’ambulanza tieħu liż-żagħżugħ l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard kien iċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Il-Maġistrat tal-Għassa Marseann arrugia ġiet informata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport