Tuesday, December 24, 2024

Olandiż jammetti li qatel lill-eks sieħba f’Malta

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Iż-żagħżugħ Olandiż mixli bil-qtil tal-eks-tfajla tiegħu ammetta l-ħtija tiegħu għal dan id-delitt fil-Qorti tal-Maġistrati biex issa jrid jingħata s-sentenza mill-Qorti Kriminali.

Jelle Rijpma kien mixli li fit-3 ta’ Awwissu 2018 qatel lil Shannon Mak ta’ 23 sena barra r-residenza fejn kien qed jgħix fiha f’Santa Venera.

Il-kumpilazzjoni kienet qed tinstema quddiem il-Maġistrat Simone Grech imma peress li l-qtil iġib miegħu sentenza itwal minn dik li jistgħu jagħtu l-maġistrati l-każ ġie mgħoddi lill-Qorti Kriminali biex is-sentenza tingħata minn imħallef.

Mak inqatlet b’daqqiet ta’ sikkina bl-awtopsja tikkonkludi li ġiet imsawwta qabel tilfet ħajjitha fi Triq il-Mastrudaxxi fejn instabet minn persuna li kienet għaddejja mit-triq.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ kienet qed titmexxa mill-Ispetturi Kurt Zahra u Robert Vella bl-akkużat kellu jiddefendih lill-Avukat Stephen Tonna Lowell waqt li l-familja tal-vittma kellha jassistiha lill-Avukat Stefano Filletti.

Ekonomija

Sport