Friday, November 8, 2024

Olandiż jinqabad jipprova jitlaq’ minn Malta b’diversi tajr protett

Aqra wkoll

Ilbieraħ filgħodu waqt kontrolli ta’ sigurtà fl-ajruport Internazzjoni ta’ Malta, passiġġier ta’ 68 sena mill-Olanda li kien se jitlaq minn Malta b’titjira lejn l-Ingilterra, instab li fil-pussess tiegħu kellu numru ta’ tajr ibbalzmat.

Il-Pulizija, bl-assistenza ta’ Uffiċjali mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) kif ukoll dawk tad-Dwana spezzjonaw kaxxa li kien qed iġorr ir-raġel suspettat li allegatement huwa involut f’negozju illegali internazzjonali.

Minn tfittxija li saret fil-kaxxa rriżulta li fiha kien hemm 15-il tajra ta’ speċi varji li kienu se jiġu esportati mingħajr il-permessi neċessarji. 13-il tajra minnhom, ta’ speċi differenti, igawdu protezzjoni għolja taħt il-Liġi Internazzjonali.

Ir-raġel tressaq il-Qorti dalgħodu quddiem il-Maġistrat Dr Joseph Gatt fejn wieġeb mhux ħati u nżamm taħt arrest.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport