Friday, September 27, 2024

Ole Gunnar Solskjaer jixtieq jirritorna f’Old Trafford

Aqra wkoll

Meta kien qed jitkellem ma’ ġurnali Ingliż, l-eks kowċ ta’ Manchester United Ole Gunnar Solskjaer ġie mistoqsi jekk jixtieqx jirritorna lura jmexxi t-tim ta’ Old Trafford. Hu wieġeb fl-affermattiv fejn qal li kull manager joħlom li jmexxi tim glorjuż bħar-Red Devils.

Solskjaer kien kowċ ta’ Manchester United bejn l-2018 u l-2021 fejn minn 168 partita, hu rebaħ 91 logħba, ġie draw f’37 okkażjoni filwaqt li tilef 40 darba.

Hemm diversi spekulazzjonijiet li l-futur tal-kowċ attwali Erik Ten Hag jinsab imċajpar wara li t-tim ma bediex bl-aqwa mod possibbli l-istaġun.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport