Wednesday, April 24, 2024

Oleksander Danylyuk ma jemminx li r-Russja se tnaqqas l-operazzjonijiet militari madwar Kyiv u Chernihiv

Aqra wkoll

Huwa rrappurtat li l-eks Segretarju għas-Sigurtà Nazzjonali Ukrena, Oleksander Danylyuk, qal li hu ma jemminx li r-Russja se żżomm il-wegħda li tnaqqas l-operazzjonijiet militari madwar Kyiv u Chernihiv. Infatti, Danylyuk itenni li l-wegħda tar-Russja hija paroli biss u jgħid li l-isplużjonijiet ta’ dalgħodu jikkonfermaw dawn id-dubji.

Danylyuk isostni li t-tnaqqis tat-truppi Russi minn Kyiv “Huwa sempliċiment gruppar mill-ġdid tal-armata Russa”. F’dan ir-rigward huwa jsemmi l-fatt li r-Russja reġgħet iffukat il-mira tagħha fuq reġjuni li jinsabu fil-Lvant tal-Ukrajna. 

L-eks Segretarju għas-Sigurtà Nazzjonali jemmen li r-Russja se tagħmel l-almu tagħha sabiex taħtaf lil Donetsk u Luhansk — żewġt ibliet fil-Lvant tal-Ukrajna — taħt idejha, sabiex il-President Russu Vladimir Putin juri li ħareġ rebbieħ.

Sport