L-organizzatturi ta’ dawn l-Olimpjadi, Franza, irnexxielhom jiksbu l-ewwel midalja tad-deheb meta rebħu t-tournament tar-Rugby Sevens.
Fil-finali huma għelbu lil Fiji bl-iskor ta’ 28-7 wara li sal-ewwel taqsima l-iskor kien fi draw ta’ 7-7.
Il-protagonista għall-Franċiżi kien Antoine Dupont li rnexxielu jagħmel 10 punti, b’Jefferson-Lee Joseph u Aaron Grandidier Nkanang jirreġistraw ħames punti kull wieħed.
L-Afrika t’Isfel għelbu lill-Awstralja 26-19 biex rebħu l-midalja tal-bronż wara li dawn tal-aħħar daħlu jistrieħu fil-vantaġġ ta’ 7-5.
L-aktar player li spikka għar-rebbieħa kien Zain Davids li skorja 10 punti.