Manchester City qed jiffaċċjaw il-possibbiltà ta’ tnaqqis drastiku ta’ punti li jista’ jwassal għar-relegazzjoni tagħhom mill-Premier League u jżommhom fiċ-Championship għal mill-inqas żewġ staġuni.
Skont rapporti fil-midja Ingliża, il-Premier League qed jagħmel pressjoni biex il-piena titħabbar qabel ma jiġi deċiż l-appell tal-club. Il-possibbiltà ta’ tnaqqis ieħor ta’ punti fiċ-Championship tista’ wkoll ittawwal iż-żmien ta’ City fit-Tieni Diviżjoni.
Is-City ġew misjuba ħatja ta’ ksur serju tar-regoli finanzjarji tal-Premier League bejn l-2009 u l-2018, kif ukoll tal-maġġoranza tal-akkużi relatati man-nuqqas ta’ koperazzjoni mal-investigazzjoni. Il-club, madankollu, ċaħad l-akkużi u appella mid-deċiżjoni.
S’issa ma tħabbret l-ebda piena uffiċjali, u t-tnaqqis ta’ punti għadu biss possibbiltà skont ir-rapporti.




