Sunday, November 29, 2026
Home Sport Malta Premier League: Pass kbir minn Valletta lejn is-semi-finali

Malta Premier League: Pass kbir minn Valletta lejn is-semi-finali

0
46
File photo: Mark Mangion

Minn Cristian Muscat

VALLETTA………………. 4

HIBERNIANS………….. 1

Valletta pproduċew waħda mill-aktar prestazzjonijiet konvinċenti tagħhom f’dan l-istaġun meta għelbu lil Hibernians bl-iskor ta’ 4-1 u b’hekk għamlu pass kbir lejn il-kwalifikazzjoni għas-semi-finali ta’ tmiem l-istaġun.

Sa mill-ewwel minuta, il- Beltin dehru aktar determinati u perikolużi, b’intensità, kreattività u mentalità offensiva li poġġew lill-avversarji taħt pressjoni kontinwa.

Is-Citizens ħolqu l-ewwel ċansijiet tal-logħba permezz ta’ Alex De Aguilar Gomes, li kien protagonist matul il-partita kollha. Wara diversi twissijiet fil-bidu, fis-16-il minuta, Valletta fetħu l-iskor.

Il-captain Brandon Paiber xeħet cross insidjuż fil-kaxxa u De Aguilar Gomes kien fil-post it-tajjeb biex mill-viċin xeħet il-ballun fix-xibka u ta vantaġġ mistħoqq lit-team tiegħu.

Valletta komplew jiddo­minaw il-pussess tal-ballun u bdew joħolqu aktar opportunitajiet, b’Roko Prsa u Ignacio Morello jkollhom sehem importanti fil-bini tal-attakki.

Madankollu, minkejja s- superjorità tagħ­hom u kontra x-xejra tal-logħob, fis-36 minuta Hibernians irnex­xiel­hom iġibu l-iskor indaqs  meta Mouad El Fanis venven xutt fil-baxx minn barra l-kaxxa li għeleb lil Adilson Maringa u spiċċa fir-rokna tax-xibka.

Fit-tieni taqsima, il-logħba tilfet ftit mir-ritmu tagħ­ha, iżda Valletta gradwalment reġgħu ħadu l-kontroll.

Il-perseveranza tagħhom ġiet ippremjata fis-70 minuta meta Prsa għadda through pass preċiż lejn Andrea Zammit, li b’kalma kbira qabbeż il-ballun minn fuq Matteo Cardinali li kien ħiereġ barra minn postu.

B’Hibernians jippressaw fit-tentattiv li jfittxu l-goal tad-draw,  Valletta sfruttaw l-ispazji li bdew jinħolqu fid-difiża avversarja. Is-sostitut Yannick Yankam ħalla impatt immedjat meta fl-84 minuta skorja t-tielet goal wara li segwa tajjeb rebound minn save ta’ Cardinali.

Valletta ssiġillaw wirja mill-aqwa bir-raba’ goal fil-ħin miżjud. Andrea Zammit reġa’ kien protagonista meta pprovda assist preċiż lejn Bruno Gomes De Oliveira, li mill-viċin ma żbaljax.

Ir-riżultat kien riflessjoni ċara tad-dominanza tal-Beltin u tal-kwalità offensiva li wrew matul il-partita kollha.

Valletta: Adilson Maringa, Mattias Ellul, Brandon Paiber (Jake Azzopardi 73), Roko Prsa (Yannick Yankam 80), Petar Sekulovic (Mohamed Sylla 60), Alex De Aguilar Gomes (Bruno Gomes De Oliveira 60), Emmanuel Moise Mbende, Sava Radic, Thaylor Aldama, Keyon Ewurum (Andrea Zammit 60), Ignacio Manuel Morello   – Coach: Thane Micallef

Hibernians: Matteo Cardinali, Alfred Silas, Kurt Sjaw, Joseph Essien Mbong, Bjorn Kristensen, Dexter Xuereb (Matthew Ellul 46), Ryder Matos Santos Silva (Jurgen Degabriele 74), Jayden Roe, Duane Bonnici (Moritz Romling 60), Leandro Lautaro Lacunza (Jamie Wahling 80), Mouad El Fanis   – Coach: Tugberk Tanrivermis

Referee: Daniel Casha

assistenti: Duncan Sultana, Mitchell Scerri

Raba’ Uff.: Fyodor Zammit

Skorers: A. De Aguiar Gomes 16, A. Zammit 70, Y. Yankam 84, B. Gomes De Oliveira 92 (V), M. El Fanis 36 (H)

Ammoniti: R. Matos Santos Silva, B. Kristensen (H)

Player tal-Logħba: Roko Prsa (Valletta)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here