Fi tmiem il-ġimgħa fil-kumpless Sportiv tal-Kottonera rritornaw id-diversi kampjonati organizzati mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Volleyball. Spikkaw il-partiti mill-kampjonat tas-Seniors. Fl-ewwel waħda li saret is-Sibt, Birkirkara komplew bil-mixja pożittiva tagħhom meta rebħu lit-team neo promoss fis-Super League Mgarr bl-iskor ta’ 3-0. Birkirkara ta’ Dalton Caruana fetħu tajjeb u rebħu l-ewwel set 25 għal 22. Mġarr ta’ Marvic Micallef ma setgħu jagħmlu xejn quddiem il-qawwa Karkariża fit-tieni set u tilfuh 25 għal 15. Birkirkara rebħu t-tielet u l-aħħar set 25 għal 19.
Fit-tieni logħba li saret il-Ħadd iċ-champions u leaders Swieqi Phoenix Nium baqgħu għaddejjin bil-mixja pożittiva tagħhom meta rebħu lil Flyers 3-0. Swieqi ta’ Justin Montesin u Leonard Zammit Munro rebħu l-ewwel set 25 għal 13 u t-tieni wieħed bl-istess skor. Huma ddominaw u rebħu t-tielet u l-aħħar wieħed 25 għal 15. B’hekk Swieqi baqgħu leaders tal-klassifika b’punti massimi wkoll.
Fl-aħħar logħba ta’ tmiem il-ġimgħa, Falcons ħadu l-ewwel punti tagħhom meta rebħu lil Birkirkara Reds mill-Ewwel Diviżjoni bl-iskor ta’ 3-0. Falcons rebħu l-ewwel set 25 għal 14, batew biex rebħu t-tieni wieħed 26 għal 24. Iżda għamlu tajjeb bir-rebħ tat-tielet set 25 għal 15. Il-kampjonati organizzati mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Volleyball ikomplu fi tmiem il-ġimgħa li ġej.
Ir-riżultati kollha
Seniors
Birkirkara vs Mgarr 3-0 (25-22, 25-15, 25-19)
Swieqi Phoenix Nium vs Flyers 3-0 (25-13, 25-13, 25-15)
Birkirkara Reds vs Falcons 0-3 (14-25, 24-26, 13-25)
Under 19
Swieqi Phoenix Tough Cookies vs Swieqi Phoenix EY Maniacs 3-0 (25-10, 25-15, 25-4)
Under 15
Birkirkara vs Depiro 0-3 (15-25, 23-25, 15-25)
Swieqi Phoenix Young Stars vs Depiro Gold 3-0 (25-11, 25-3, 25-3)
Falcons vs Paola Maypole 0-3 (16-25, 15-25, 18-25)
Flyers vs Swieqi Phoenix Ninjas 3-0 (25-8, 25-17, 25-9)





