Wednesday, July 24, 2024

Olimpjadi: World Athletics bi premjijiet ta’ flus lir-rebbieħa tad-deheb

Aqra wkoll

F’deċiżjoni importanti, l-World Athletics il-bieraħ ħabbret li se ssir l-ewwel fede­razzjoni internazzjonali li tagħti prem­jijiet ta’ flus fil-Logħob Olimpiku, li tippremja lill-atleti talli jiksbu l-quċċata tas-suċċess sportiv, li jibda mil-Logħob Olimpiku ta’ dan is-sajf f’Pa­riġi.

Il-premju totali ta’ $2.4 miljuni Amerikani ġie mdendel mill-allokazzjoni tas-  sehem tad-dħul tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali, li tirċievi World Athletics kull erba’ snin. Dawn se jintużaw biex jippremjaw lill-atleti li jirbħu midalja tad- deheb f’kull waħda mit-48 avvenimenti tal-atletika f’Pariġi b’$50,000.

Din l-inizjattiva mill-World Athletics tinkludi wkoll impenn sod biex testendi l-premju f’livelli inqas baxxi, għar-rebbieħa tal-midalji Olimpiċi tal-fidda u tal-bronż fil-Logħob Olimpiku ta’ Los Angeles 2028.

Meta ħabbret id-dettalji tad-deċiżjoni, il-President tal-World Athletics, Sebastian Coe, ikkummenta: “L-introduzzjoni ta’ premjijiet għall-medalisti tad-deheb Olim­piċi hija mument kruċjali għal World Athletics u l-isport tal-atletika kollu kemm hu, li jenfasizza l-impenn tagħna biex nagħtu s-setgħa lill-atleti u nirrikonoxxu l-irwol kritiku li għandhom fis-suċċess ta’ kwalunkwe Logħob Olimpiku.

“Din hija l-kontinwazzjoni ta’ vjaġġ li bdejna lura fl-2015, li jara l-flus kollha li World Athletics tirċievi mill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali għal-Logħob Olimpiku jmorru lura direttament fl-isport tagħna.

“Bdejna bil-pagamenti tad-dividendi Olimpiku lill-Federazzjonijiet Membri tagħna, li aħna qassamna $5 miljun żejda fis-sena flimkien ma’ għotjiet eżistenti mmirati lejn proġetti ta’ tkabbir fl-atletika, u issa qegħdin f’pożizzjoni li niffinanzjaw ukoll wirjiet ta’ midalja tad-deheb għall-atle­ti f’Pariġi, b’impenn biex nippremjaw it-tliet rebbieħa tal-midaljii fil-Logħob Olimpiku ta’  LA28.

“Filwaqt li huwa mpossibbli li wieħed ipoġġi valur kummerċjali fuq ir-rebħ ta’ midalja Olimpika, jew fuq l-impenn u l-iffukar li hemm bżonn biex saħansitra tir­rappreżenta lil pajjiżek f’Logħob Olimpiku, naħseb li huwa importanti li nibdew x’imkien u niżguraw li ftit mid-dħul iġġenerat mill-atleti tagħna fil-Logħob Olimpiku jintbagħtu lura direttament lil dawk li jagħmlu l-Logħob l-ispettaklu globali li hu.”

Il-ħlas tal-flus tal-premju se jiddependi fuq il-proċess ta’ ratifika tal-World Athle­tics, inklużi l-atleti li jkunu għaddejjin mill-proċeduri tas-soltu kontra d-doping u li jikklerjawhom. Kull champion Olimpiku individwali se jirċievi $50,000. It-timi­jiet tar-relay se jirċievu l-istess ammont, biex jinqasam fost it-team. Il-format u l-istruttura tal-bonuses Olimpiċi ta’ LA28 se jitħabbru aktar qrib iż-żmien.

Ekonomija

Sport