Saturday, December 21, 2024

Oliver Scicluna mistenni jiġi co-opted fil-Parlament

Aqra wkoll

Il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità Oliver Scicluna huwa mistenni li jiġi co-opted bħala Deputat Laburista wara r-riżenja ta’ Gavin Gulia aktar kmieni llum.

Scicluna, ta’ 34 sena, ġie maħtur bħala l-ewwel Kummissarju għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità f’Ġunju 2016.

Gulia rriżenja minn deputat wara 24 siegħa mindu reġa’ ġie elett bħala Membru Parlamentari f’elezzjoni każwali li żvolġiet ilbieraħ biex jimtela l-post battal li tħalla mill-Ministru edward Scicluna.

Fost il-kandidati li wkoll qed jissemmew biex jieħdu post Gulia hemm is-Sindku ta’ Ħaż-Żebbuġ it-Tabib Malcolm Paul Galea.

Fl-eventwalità li jiġi co-opted, din se tkun l-ewwel esperjenza ta’ Scicluna fix-xena politika Maltija wara snin jaħdem fis-settur tad-diżabilità.

Fl-2014 inħatar bħala ċ-ċermen tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità. Huwa wkoll id-deputy chairperson tal-FITA.

Wara t-twaqqif tas-CRPD bħala l-korp regolatorju nazzjonali għad-diżabilità, is-Sur Oliver Scicluna ġie maħtur bħala l-ewwel Kummissarju għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità f’Ġunju 2016.

https://www.inewsmalta.com/2021/01/aggornat-gavin-gulia-jirrizenja-minn-deputat-il-pn-jakkuza-lill-gvern-bmanipulazzjoni/
Ekonomija

Sport