Friday, December 27, 2024

Omm iġġiegħel lil binha jitlob skuża wara li bagħat messaġġi ta’ tgħajjir

Aqra wkoll

Omm Ingliża ndunat li binha kien qed jibgħat messaġġi mhux xierqa lil tifla mill-iskola tiegħu. Hekk kif qrat dawn il-messaġġi baqgħet mistagħġba kif binha kellu l-ħila jweġġa’ lil din it-tifla b’dan il-mod, għalhekk ġegħlitu jmur magħha d-dar tat-tifla u jitlobha skuża quddiem il-ġenituri tagħha. 

L-istorja bdiet meta rċeviet telefonata mingħand l-għalliema tat-tifel tagħha fejn qalulha li qabdu lil binha jibgħat messaġġi krudili lil xi wħud mill-studenti. Hekk kif wasal id-dar, ħaditlu l-mowbajl u bdiet tara dawn il-messaġġi. Messaġġ minnhom kien indirizzat lil tifla fejn għajjarha kliem oxxen li ommu stess baqgħet skantata. 

Fost ħafna kliem mhux xieraq, huwa bagħtilha wkoll li ma jridx jerġa’ jara ’l wiċċha darb’oħra fl-iskola. Meta ikkonfrontatu fuq il-messaġġi li bagħat, huwa qalilha li ma kienx jimpurtah. Kif semgħet dan bdiet tfittex l-indirizz tat-tifla sabiex tkun tista’ ttih lezzjoni kif jixraqlu. Wara ġegħlitu jmur jixtri l-fjuri u ċ-ċikkulata mill-flus li kien qala’ f’għeluq sninu. 

L-omm ħaditu d-dar tat-tifla u ġegħlitu jiskuża ruħu quddiem il-familja tagħha. Il-familja tat-tifla kienu grati għal din l-omm li għażlet li tieqaf lil binha b’dan il-mod. Huma stess lanqas kienu jafu b’dawn il-messaġġi għax it-tifla ma qaltilhom xejn. 

Ħafna kienu dawk li faħħru lil din l-omm wara li tefgħet vidjow fuq TikTok biex taqsam l-istorja tagħha ma’ nies oħra. Wara li saret l-apoloġija, l-omm għamlet ċert li binha jkun fehem xi ħsara seta’ jagħmel bi kliemu. Hija kompliet tispjegalu kif nies ikunu lesti li joqtlu jew iweġġgħu lilhom infushom minħabba dak li jgħidu n-nies fuqhom. Hija tittama li binha tgħallem il-lezzjoni u ma jerġax jirrepeti storja bħal din. 

Ekonomija

Sport