Wednesday, April 24, 2024

Raġel iweġġa’ serjament f’argument fl-Għasri … tnejn oħra arrestati

Aqra wkoll

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-10:30 p.m., raġel ta’ 46 sena residenti l-Għasri, ddaħħal għal kura fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Huwa ġie ċċertifikat li qed isofri ġrieħi serji wara allegatament kien involut f’argument.

Minn investigazzjonijiet preliminari li saru mill-Pulizija rriżulta li aktar kmieni matul il-jum għall-ħabta tal-11:30 a.m. seħħ argument fi Triq l-Għammar, l-Għasri u li fih kien involut ir-raġel u żewġt irġiel oħra.

L-irġiel ta’ 25 u 56 sena, ukoll residenti l-Għasri, kienu arrestati matul il-lejl. Huma ttieħdu għall-kura fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex u kienu ċċertifikati li kellhom ġrieħi ħfief.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Bridgette Sultana li ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport