Wednesday, March 27, 2024

Il-President Franċiż f’taħdidiet mal-mexxejja politiċi biex jifforma gvern li jaħdem

Aqra wkoll

Wara li nhar il-Ħadd li għadda tilef il-maġġoranza ġenerali li kellu fl-Assemblea Nazzjonali Franċiza, il-President Emmanuel Macron ilbieraħ kellu laqgħat mar-rivali politiċi tiegħu biex jipprova jilħaq ftehim biex jifforma gvern li jaħdem.

Macron x’aktarx ikollu bżonn l-appoġġ ta’ mill-inqas partit wieħed miż-żgħar biex jgħaddi r-riformi ewlenin tiegħu fl-Assemblea Nazzjonali.

Sitta mill-avversarji politiċi ta’ Macron waslu fil-Palazz Elysée wieħed wara l-ieħor, inkluż il-mexxej tal-lemin estrem Marine Le Pen.

Iktar taħditiet mistennija jsiru llum iżda s’issa Jean-Luc Mélenchon il-mexxej tax-xellug estrem li wkoll hu l-mexxej tal-akbar blokk fl-Assemblea Nazzjonali magħmul mis-soċjalisti u ħodor, għadu ma kienx mistenni li jmur għal dawn it-taħditiet bid-deputat tiegħu ma jeskludix l-idea li jiltaqa’ ma’ Macron biex jappoġġja lill-gvern tiegħu. 

Numru ta’ mexxejja tal-partiti politiċi talbu r-riżenja tal-Prim Ministru Elisabeth Borne, liema reżenja ma ġietx aċċettata mill-President Franċiż.

Fi tmiem it-tieni rawnd tal-elezzjonijiet ta’ nhar il-Ħadd, il-kandidati ta’ Macron rebħu 245 siġġu, filwaqt li l-koalizzjoni tax-xellug Nouvelle Union Populaire Ecologique et Sociale (NUPES) kisbu 131. Ir-Rally Nazzjonali tal-lemin estrem għamel avvanz storiku meta kiseb 89 siġġu mit-8 li kellu.

Ekonomija

Sport