Sunday, November 24, 2024

Omm imwaqqfa milli tagħmel xogħol volontarju fi skola għax qiegħda fuq OnlyFans

Aqra wkoll

Victoria Triece, omm ta’ 30 sena, qed thedded li ttella’ l-iskola ta’ fejn imorru t-tfal tagħha wara li kienet imwaqqfa milli tagħmel xogħol volontarju. L-iskola ħadet din id-deċiżjoni wara li saret taf li l-omm għandha profil fuq is-sit ta’ OnlyFans.

Victoria saħqet li b’din id-deċiżjoni l-iskola “iġġudikatni” mingħajr bażi soda. Hi kompliet tgħid li mhuwiex xogħol illegali li wieħed ikollu profil fuq OnlyFans u jagħmel użu minnu b’mod regolari.

L-omm spjegat li hija ironika l-ħaġa kif il-ġenitur li mar jgħid lill-iskola dwar dan il-profil huwa l-istess ġenitur li probbabilment ħallas biex jara jew tara l-kontenut tagħha.

Victoria tinsab rassenjat li tieħu lill-iskola l-qorti biex tagħmel tajjeb għal $1 miljun f’danni emozjanli u psikoloġiċi.

OnlyFans hija sit fejn numru ta’ nies jitfgħu ritratti intimi u espliċiti u li minnhom jagħmlu qliegħ ġmielu.

Sport