Ilejla waqt li d-Deputati taż-żewġ naħat kienu deħlin fil-Parlament, omm Jean Paul Sofia kienet hemm fejn kienet qed tqassam ittra lil kull wieħed mill-membri kif ukoll tagħti ritratt b’memorja ta’ binha.
Hekk kif Isabelle Bonnici rat lil Prim Ministru marret tkellmu fejn baqgħet tinsisti li hu għandu jordna l-inkjesta pubblika. Id-diskussjoni bejnha u bejn il-Prim Ministru Abela damet għaddejja għal madwar 3 minuti.
Min-naħa tiegħu l-Prim Ministru qal lil Bonnici li l-inkjesta pubblika ma kienx hemm bżonna minħabba li diġà hemm inkjesta oħra għaddejja. Iżda omm Jean Paul qalet li l-inkjesta li qed issir mhux se tidħol f’kull dettall.
Il-Prim Ministru qalilha li kien hu waħdu li kien qiegħed jinsisti li l-inkjesta maġisterjali tintemma malajr kemm jista’ jkun biex jekk hemm xi ħadd responsabbli għandu għandu jitressaq quddiem il-ġustizzja. Il-Prim Ministru qallha wkoll li fl-aħħar xhur saru tibdiliet kbar fis-settur tal-kostuzzjoni.
Il-Prim Ministru fl-aħħar jiem kiteb lil Prim Imħallef fejn ħeġġeġ biex l-inkjesta pubblika li hija miftuħa bħalissa tingħalaq mill-aktar fiss posibbli.