Tuesday, May 14, 2024

ARA: Dimostranti jagħmlu ħerba mill-imwejjed tas-snooker waqt il-Kampjonat Dinji

Aqra wkoll

Id-dimostranti ta’ “Just Stop Oil” invadew il-Crucible waqt is-sessjoni tat-Tnejn filgħaxija tal-Kampjonat Dinji tas-Snooker. Raġel kien fuq il-mejda waqt il-partita bejn Robert Milkins u Joe Perry u tefa’ trab ta’ lewn oranġjo fuq il-mejda.

Dan filwaqt li mara oħra ppruvat tinvadi l-mejda l-oħra fejn kienu qed jilagħbu Mark Allen u Fan Zhengyi. Il-logħob twaqqaf fuq iż-żewġ imwejjed.

Il-logħob kien qed jingħata live fuq diversi stazzjonijiet internazzjonali.

Kummentarji għall-ewwel lanqas kienu jafu x’inhu jiġri… minħabba l-ħeffa li biha daħlu d-dimostranti.

Li hu żgur li ilejla hu ftit diffiċli biex il-kampjonat dinji jkompli.

Sport