Saturday, December 28, 2024

Omm li beżgħet li hi infertili tiddeskrivi t-twelid ta’ binha bħala miraklu

Il-koppja tgħix fi Blackpool, l-Ingilterra

Aqra wkoll

Sammy Gray, mara ta’ 26 sena minn Blackpool li erba’ snin ilu kellha kanċer, iddeskriviet it-twelid ta’ binha bħala “miraklu”. Dan hekk kif hi u s-sieħeb tagħha, Daley, bdew jibżgħu li Sammy hija infertili.

Hija ngħatat l-aħbar li għandha kanċer fl-2018, ftit wara t-twelid ta’ bintha Harper. Sammy bdiet it-trattament meħtieġ f’dan ir-rigward — il-kimoterapija u r-radjoterapija, però dawn ma kinux suċċess. Dak li salvalha ħajjitha kien terapija innovattiva magħrufa bħala CAR-T cell therapy.

Il-koppja maż-żewġ ulied. Ritratt: PA

Il-koppja bdiet tibża’ li mhux se jkun possibbli li jkollha tarbija oħra minħabba li ċ-ċiklu tal-menstruwazzjoni ma baqax jaħdem tajjeb. Huma bdew it-trattament tal-IVF u jidher li dan ħalla l-frott, hekk kif fit-23 ta’ Frar li għadda l-koppja tat merħba lit-tieni tarbija tagħhom — binhom Walter.

Ekonomija

Sport