Wara li l-ġrajjiet li seħħew matul dawn l-aħħar jiem mindu t-team nazzjonali tan-nisa ta’ Spanja rebaħ it-Tazza tad-Dinja, fejn il-president tal-FA Spanjola, Luis Rubiales, ġie sospiż mill-FIFA b’mod temporanja wara li ġie akkużat ta’ abbuż sesswali minħabba li biex lill-player Jenni Hermoso waqt il-preżentazzjoni tal-midalji, omm l-istess Rubiales ingħalqet fi knisja u bdiet strajk tal-ġuħ b’appoġġ għal binha.
Angeles Bejar talbet biex din il-mewġa ta’ mibegħda u inumana lejn it-tifel tagħha wara li huwa bies fuq fomm Hermoso, tieqaf mill-aktar fis possibbli.
Rubiales irrifjuta li jirriżenja mill-kariga tiegħu mill-FA Spanjola iżda ġie sospiż mill-korp governattiv tal-football dinji.
Bejar, eks parrukkiera, ingħalqed fil-knisja Divina Pastora f’Motril, fil-Lvant ta’ Malaga fin-nofsinhar ta’ Spanja, u bdiet strajk tal-ġuħ indefinit sakemm ‘issir ġustizzja’.
Hija talbet ukoll lil Hermoso biex ‘tgħid il-verità’ wara li l-player saħqet li l-bewsa ma kinitx kunsenswali, b’kuntrast mar-rakkont ta’ Rubiales.
Bejar inisistiet li se tibqa’ bl-istrajk tal-ġuħ sakemm l-awtoritajiet jiġu fis-sensi tagħhom minħabba li, skond hi, ma kien l-ebda ħażen fil-bewsa ta’ binha lil Hermoso.