Friday, July 24, 2026
Home Sport Philippe Coutinho viċin li jiffirmaw Al Duhail

Philippe Coutinho viċin li jiffirmaw Al Duhail

0
355

L-eks plejer ta’ Inter u Liverpool Philippe Coutinho se jkompli l-karriera tiegħu fil-Qatar ma’ Al Duhail. Id-diriġenti ta’ dan il-klabb fadlilhom l-aħħar dettalji li jridu jsolvu mal-klabb ta’ Coutinho Aston Villa sabiex it-trasferiment ikun magħluq mija fil-mija.

Coutinho għandu 31 sena u fil-karriera tiegħu lagħab ukoll ma’ Vasco da Gama, Espanyol, Barcellona u Bayern Munich.

Fl-aħħar staġun ma’ Aston Villa hu ftit spikka hekk kif skorja gowl wieħed biss fi 22 partita.