Friday, November 15, 2024

Omm ta’ ħamest itfal identifikata bħala t-tifla li għebet f’inċident fatali 40 sena ilu

Aqra wkoll

40 sena ilu, koppja li kienu għadhom kemm jiżżewġu, inqatlu u nstabu ġo foresta. Huma kienu sejrin joqogħdu f’Texas u magħhom kellhom lil binthom, Holly Marie Clouse, li kienet għadha daqsxejn ta’ tarbija. 

Għalkemm il-ġenituri tagħha kienu nstabu mejta, it-tarbija baqgħet qatt ma nstabet. Għalhekk dejjem baqgħet it-tama li hi setgħet kienet għadha ħajja.

L-identità tal-ġenituri tagħha saret magħrufa wara li sar DNA fl-2021, u qabel ma’ membru tal-familja f’Kentucky. Imbagħad l-istess familjari rnexxielhom jagħmlu kuntatt ma’ Holly li toqgħod f’Oklahoma. Illum il-ġurnata għandha 42 sena u hija omm ta’ ħamest itfal. Dak li ġara minn Holly wara li nqatlu l-ġenituri tagħha għadu mhux ċar. 

Hija tixtieq li tiltaqa’ mal-familjari tagħha wiċċ imb wiċċ fil-futur qarib. In-nanna ta’ Holly qalet li l-fatt li rnexxielhom isibuha wara dan iż-żmien kollu, huwa l-isbaħ rigal li ngħatat mill-ġenna. 

Ekonomija

Sport