Tuesday, May 14, 2024

Sewwieq ta’ mutur jiddaħħal l-isptar wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’San Ġwann

Aqra wkoll

Raġel iddaħħal l-isptar wara li l-lejl li għadda għall-ħabta tan-12:30 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Bellavista, San Ġwann.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Honda CVR 650 misjuq minn raġel ta’ 31 sena residenti San Pawl il-Baħar u vettura Fiat Punto misjuqa minn raġel Amerikan ta’ 53 sena.

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lis-sewwieq tal-mutur sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. S’issa n-natura tal-ġrieħi għadha mhix magħrufa.

Is-sewwieq tal-vettura ma sofra l-ebda ġrieħi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin. 

Sport