Wednesday, October 30, 2024

Omm tirrifjuta li toqtol nits minn xagħar bintha “għax dawk insetti ħajjin”

Aqra wkoll

Omm ta’ tifla ta’ 7 snin minn New South Wales spiċċat f’nofs kontroversja hekk kif ma tridx tneħħi nits li trabba fix-xagħar ta’ bintha hekk kif qed targumenta li dawk huma nsetti ħajjin u ma tridx toqtolhom.

Kienet ġara tal-omm li tkellmet mal-awtoritajiet dwar dan il-każ minħabba li t-tifla spiċċat infettata bin-nits f’xagħrha. Jirriżulta li l-omm hija attivista favur id-drittijiet tal-annimali u qed targumenta li dawk in-nits huma kreaturi ħajjin u bl-ebda mod m’għandha dritt li toqtolhom.

“Naċċetta l-fatt li hija tħobb l-annimali u hija attivista biex ma jinqatlux, iżda l-problema hija li bintha għaddejja minn martirju kbir hekk kif ma tistax tgħix aktar b’dawk id-dud kollha li għandha f’xagħrha,” stqarret ġara tal-omm li tkellmet mal-awtoritajiet.

Jista’ jkun li fil-jiem li ġejjin se jkunu qegħdin jintervjenu l-awtoritajiet tas-saħħa tal-lokali fejn se jagħtu ordni lil omm biex jew nteħħi n-nits li għandha t-tifla jew inkella se jkunu huma li joħoġu lit-tifla mid-dar u jagħtuha t-trattament li hemm bżonn.

Sport