Monday, May 13, 2024

631,406 iżuru s-siti u mużewijiet ta’ Heritage Malta fl-ewwel 6 xhur ta’ din is-sena

Aqra wkoll

Stastika uffiċjali għall-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, werw li kien hemm 631,406 viżitaturi li żaru siti jew mużewijiet li huma mmexxija minn Heritage Malta.

L-Aġenzija Heritage Malta qalet li dan ifisser żieda ta’ 16,366 persuna meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2019 qabel ma faqqet il-pandemija tal-Covid-19. Fil-fatt, f’dak il-perjodu kienu żaru dawn is-siti 615,040 persuna.

Ma’ dawn imbgħad kien hemm 62,856 viżitatur li daħlu fis-siti u fil-mużewijiet ta’ Heritage Malta mingħajr ħlas. Dawk li jistgħu jidħlu mingħajr ħlas huma dawk li għandhom il-passaport fosthom studenti u anzjani.

Kien hemm żieda wkoll fin-nefqa tal-viżitaturi inkluż fil-ġwienet li hemm fis-siti ta’ Heritage Malta. Skont l-istastika li ġiet ippubblikata joħroġ li fl-ewwel sitt xhur tal-2019 in-nefqa medja ta’ kull persuna kienet ta’ €4.41, filwaqt li din is-sena n-nefqa mejda għal kull persuna hija ta’ €5.51.

Heritage Malta daħħal dħul mill-biljetti ta’ €3,504,741 minn Jannar sa Ġunju ta’ din is-sena, u dan ifisser żieda ta’ €61,466.66 fuq l-istess perjodu tal-2019.

Intant, l-aktar ħames siti li żaruhom in-nies fl-ewwel 6 xhur ta’ din is-sena kienu l-Ġgantija, Ħaġar Qim, il-Forti Sant’Iermu, il-Katakombi ta’ San Pawl u l-Imnajdra.

Sport