Suċċess għal Ariane Belli Galdes u Steps Ahead Dance Academy fid-Dutch Open 2026 fl-Olanda! 

Aqra wkoll

Iż-żeffiena Maltija Ariane Belli Galdes kisbet riżultati mill-aqwa waqt id-Dutch Open 2026, li sar f’Assen, fl-Olanda, fejn ikkompetiet kontra żeffiena minn diversi pajjiżi.

Ariane kisbet it-tieni post fil-Kampjonat Dinji tal-Ballroom ta’ taħt l-14-il sena, ir-raba’ post fil-Latin U14, is-sitt post fil-Latin U16 u s-seba’ post fil-Ballroom U16.

F’din il-kompetizzjoni internazzjonali, Malta kienet irrappreżentata wkoll minn żeffiena oħra ta’ Steps Ahead Dance Academy, li kisbu riżultati pożittivi.

Qabel il-kompetizzjoni, iż-żeffiena ħadu sehem f’taħriġ intensiv ma’ għalliema internazzjonali biex ikomplu jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom.

Il-familja ta’ Ariane rringrazzjat lill-għalliema u lit-tmexxija ta’ Steps Ahead Dance Academy għad-dedikazzjoni u l-appoġġ kontinwu tagħhom.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport